2. Meta l-ilment jikkonċerna d-drittijiet ta’ persuni fiżiċi skont l-Artikoli 3 u 5 sa 10 ta’ dan ir-Regolamentl-Artikoli 8a sa 8f u l-Artikolu 8h ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tas-saħħa diġitali għandha tittrażmetti l-ilment lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679. L-awtorità tas-saħħa diġitali għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħha lill-awtorità superviżorja kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 sabiex tiffaċilita l-valutazzjoni u l-investigazzjoni tal-ilment.