4. Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq titlob id-dokumentazzjoni teknika jew traduzzjoni ta’ partijiet minnha minn manifattur, il-manifattur għandu jipprovdi tali dokumentazjzoni teknika jew traduzzjoni fi żmien 30 jum mid-data tat-talba, sakemm ma tkunx iġġustifikata skadenza iqsar minħabba riskju serju u immedjat. Jekk il-manifattur ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ titolbu biex jagħmel test eżegwit minn korp indipendenti bi spejjeż tiegħu stess f’perjodu speċifikat sabiex tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36.