5. Jekk il-manifattur jew operatur ekonomiku ieħor jonqos milli jikkoopera ma’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew fejn l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li jkunu pprovdew ma jkunux kompluti jew korretti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tieħd l-miżuri kollha xierqa biex tipprojbixxi jew tillimita s-sistema ta’ EHR rilevanti milli tkun disponibbli fis-suq sakemm il-manifattur jew l-operatur ekonomiku kkonċernat jikkoopera jew jipprovdi informazzjoni kompluta u korretta, jew biex isejjaħ lura jew jirtira tali sistemi ta’ EHR mis-suq.