+Artikolu 43 Awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
---+Artikolu 43 1
---+Artikolu 43 2
---+Artikolu 43 3
---+Artikolu 43 4
---+Artikolu 43 5
---+Artikolu 43 6
---+Artikolu 43 7

Artikolu 43 Awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 43 1

1.   Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għas-sistemi ta’ EHR marbuta mar-rekwiżiti applikabbli għas-sistemi ta’ EHR u r-riskji assoċjati magħhom koperti minn dan il-Kapitolu.

Artikolu 43 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jafdaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom bis-setgħat meħtieġa u għandhom jipprovdulhom ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi, it-tagħmir u l-għarfien meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jingħataw is-setgħa li jieħdu l-miżuri tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020 biex jinfurzaw l-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-identità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jiddeżinjaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 43 3

3.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iddeżinjati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu l-istess awtoritajiet bħall-awtoritajiet tas-saħħa diġitali identifikati skont l-Artikolu 19. Meta awtorità tas-saħħa diġitali twettaq kompiti ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

Artikolu 43 4

4.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-eżiti tal-attivitajiet rilevanti tas-sorveljanza tas-suq.

Artikolu 43 5

5.   Jekk il-manifattur jew operatur ekonomiku ieħor jonqos milli jikkoopera ma’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew fejn l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li jkunu pprovdew ma jkunux kompluti jew korretti, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq għandha tieħd l-miżuri kollha xierqa biex tipprojbixxi jew tillimita s-sistema ta’ EHR rilevanti milli tkun disponibbli fis-suq sakemm il-manifattur jew l-operatur ekonomiku kkonċernat jikkoopera jew jipprovdi informazzjoni kompluta u korretta, jew biex isejjaħ lura jew jirtira tali sistemi ta’ EHR mis-suq.

Artikolu 43 6

6.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-organizzazzjoni ta’ skambji ta’ informazzjoni meħtieġa possibbli għal tali kooperazzjon.

Artikolu 43 7

7.   Għall-apparati mediċi, għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro jew għas-sistemi tal-IA ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 27(1) u (2), l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq għandhom ikunu dawk imsemmija fl-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2017/745, għall-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) 2017/746 jew fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) 2024/1689, kif applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.