1. Meta manifattur ta’ applikazzjoni tal-benessri jiddikjara l-interoperabbiltà ma’ sistema ta’ EHR fir-rigward tal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR u għalhekk il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36 u mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II, tali applikazzjoni tal-benessri għandha tkun akkumpanjata minn tikketta, li tindika b’mod ċar il-konformità tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti u speċifikazzjonijiet. Dik it-tikketta għandha tinħareġ mill-manifattur tal-applikazzjoni tal-benessri.