+Artikolu 47 Tikkettar ta’ applikazzjonijiet tal-benessri
---+Artikolu 47 1
---+Artikolu 47 2
---+Artikolu 47 3
---+Artikolu 47 4
---+Artikolu 47 5
---+Artikolu 47 6
---+Artikolu 47 7
---+Artikolu 47 8
---+Artikolu 47 9
|
Artikolu 47 Tikkettar ta’ applikazzjonijiet tal-benessri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1
|
1. Meta manifattur ta’ applikazzjoni tal-benessri jiddikjara l-interoperabbiltà ma’ sistema ta’ EHR fir-rigward tal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR u għalhekk il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36 u mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II, tali applikazzjoni tal-benessri għandha tkun akkumpanjata minn tikketta, li tindika b’mod ċar il-konformità tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti u speċifikazzjonijiet. Dik it-tikketta għandha tinħareġ mill-manifattur tal-applikazzjoni tal-benessri.
|
|
Artikolu 47 2
|
2. It-tikketta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tindika l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
il-kategoriji ta’ data elettronika dwar is-saħħa li għalihom ġiet ikkonfermata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II;
|
|
(b)
|
referenza għall-ispeċifikazzjonijiet komuni biex tintwera l-konformità;
|
|
(c)
|
il-perjodu ta’ validità tat-tikketta.
|
|
|
Artikolu 47 3
|
3. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-format u l-kontenut tat-tikketta msemmija fil-paragrafu 1 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
|
Artikolu 47 4
|
4. It-tikketta għandha titfassal b’lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni jew b’lingwa li faċilment tinftiehem ddeterminata mill-Istat Membru li fih l-applikazzjoni tal-benessri tiġi introdotta fis-suq jew imqiegħda fis-servizz.
|
|
Artikolu 47 5
|
5. Il-validità tat-tikketta ma għandhiex taqbeż it-tliet snin.
|
|
Artikolu 47 6
|
6. Jekk l-applikazzjoni tal-benessri hija parti integrali minn apparat jew hija inkorporata f’apparat wara li din tkun tqiegħdet fis-servizz, it-tikketta ta’ akkumpanjament għandha tintwera fuq l-applikazzjoni stess jew titqiegħed fuq dak l-apparat. Fejn l-applikazzjoni tal-bennessri tikkonsisti biss f’software, it-tikketta għandu jkollha format diġitali u għandha tintwera fl-applikazzjoni nnifisha. Jistgħu jintużaw ukoll barcodes bidimensjonali (2D) biex tintwera t-tikketta.
|
|
Artikolu 47 7
|
7. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jivverifikaw il-konformità tal-applikazzjonijiet tal-benessri mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II.
|
|
Artikolu 47 8
|
8. Kull fornitur ta’ applikazzjoni tal-benessri, li għaliha tkun inħarġet tikketta, għandu jiżgura li l-applikazzjoni tal-benessri li tiġi introdotta fis-suq jew titqiegħed fis-servizz tkun akkumpanjata b’tikketta għal kull unità individwali, mingħajr ħlas.
|
|
Artikolu 47 9
|
9. Kull distributur ta’ applikazzjoni tal-benessri li għaliha tkun inħarġet tikketta għandu jagħmel it-tikketta disponibbli għall-klijenti fil-punt tal-bejgħ f’forma elettronika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|