+Artikolu 57 1
|
Artikolu 57 1
1. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
(a)
|
jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament, jawtorizzaw u joħorġu permessi tad-data skont l-Artikolu 68 ta’ dan ir-Regolament għall-aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa li taqa’ taħt il-mandat tagħhom għall-użu sekondarju u jiddeċiedu dwar it-talbiet għad-data dwar is-saħħa sottomessi skont l-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament f’konformità ma’ dan il-Kapitolu u l-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2022/868 inkluż fir-rigward ta’:
|
(i)
|
l-għoti ta’ aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa lill-utenti tad-data dwar is-saħħa skont permess tad-data f’ambjent tal-ipproċessar sigur f’konformità mal-Artikolu 73;
|
|
(ii)
|
il-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-konformità minn utenti tad-data dwar is-saħħa u minn detenturi tad-data dwar is-saħħa mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
|
|
(iii)
|
it-talba ta’ data elettronika dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 51 mingħand detenturi tad-data dwar is-saħħa rilevanti skont permess tad-data maħruġ jew talba għal data dwar is-saħħa approvata;
|
|
|
(b)
|
jipproċessaw data elettronika dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 51, pereżempju billi jirċievu, jikkombinaw, iħejju u jikkompilaw tali data meta tintalab minn detenturi tad-data dwar is-saħħa u l-psewdonimizzazzjoni jew l-anonimizzazzjoni ta’ dik id-data;
|
|
(c)
|
jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u għall-protezzjoni tad-data regolatorja, u l-presservazzjonikunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali hekk kif previst fl-Artikolu 52 filwaqt li jitqiesu d-drittijiet rilevanti ta’ kemm id-detentur tad-data dwar is-saħħa u l-utent tad-data dwar is-saħħa;
|
|
(d)
|
jikkooperaw mad-detenturi tad-data dwar is-saħħa u jissorveljawhom biex jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti u akkurata tad-dispożizzjonijiet dwar ilkwalità tad-data u t-tikketta tall-utilità fl-Artikolu 78;
|
|
(e)
|
iżommu sistema ta’ ġestjoni biex jirreġistraw u jipproċessaw l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa, it-talbiet għad-data dwar is-saħħa, deċiżjonijiet dwar dawk l-applikazzjonijiet u talbiet u l-permessi tad-data maħruġa u t-talbiet għad-data dwar is-saħħa trattati, filwaqt li jipprovdu mill-inqas informazzjoni dwar l-isem tal-applikant għad-data dwar is-saħħa, l-għan tal-aċċess, id-data tal-ħruġ, id-durata tal-permess tad-data u deskrizzjoni tal-applikazzjoni għal aċċess għad-data dwar is-saħħa jew tat-talba għad-data dwar is-saħħa;
|
|
(f)
|
iżommu sistema ta’ informazzjoni pubblika biex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 58;
|
|
(g)
|
jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali biex jistabbilixxu standards komuni, rekwiżiti tekniċi u miżuri xierqa għall-aċċess ta’ data elettronika dwar is-saħħa f’ambjent tal-pproċessar sigur;
|
|
(h)
|
jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali u jipprovdu pariri lill-Kummissjoni dwar it-tekniki u l-aħjar prattiki għall-użu sekondarju u l-ġestjoni tad-data elettronika dwar is-saħħa;
|
|
(i)
|
jiffaċilitaw l-aċċess transkonfinali għad-data elettronika dwar is-saħħa għall-użu sekondarju ospitat fi Stati Membri oħra permezz tad-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) imsemmija fl-Artikolu 75 u jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u mal-Kummissjoni;
|
|
(j)
|
jippubblikaw, permezz ta’ mezzi elettroniċi:
|
(i)
|
katalgu nazzjonali tas-settijiet tad-data li jinkludi dettalji dwar is-sors u n-natura tad-data elettronika dwar is-saħħa, f’konformità mal-Artikoli 77, 78 u 80, u l-kundizzjonijiet biex id-data elettronika dwar is-saħħa ssir disponibbli.
|
|
(ii)
|
kwalunkwe applikazzjoni għal aċċess għad-data dwar is-saħħa u talba għad-data dwar is-saħħa mingħajr dewmien żejjed wara l-ewwel riċeviment;
|
|
(iii)
|
il-permessi kollha tad-data maħruġa jew it-talbiet kollha għad-data dwar is-saħħa approvati kif ukoll deċiżjonijiet ta’ ċaħda„ inkluż il-ġustifikazzjoni tagħhom, fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-ħruġ, l-approvazzjonbi jew ir-rifjut;
|
|
(iv)
|
miżuri relatati man-nuqqas ta’ konformitàskont l-Artikolu 63;
|
|
(v)
|
ir-riżultati kkomunikati mill-utenti tad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 61(4);
|
|
(vi)
|
is-sistema ta’ informazzjoni biex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 58;
|
|
(vii)
|
informazzjoni, bħala minimum fuq sit web jew portal web li jkun faċilment aċċessibbli, dwar il-konnessjoni ma’ DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-użu sekondarju ta’ pajjiż terz, jew ta’ sistema stabbilita fil-livell internazzjonali minn organizzazzjoni internazzjonali hekk kif il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali issir parteċipant awtorizzat f’DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU).
|
|
|
(k)
|
jissodisfaw l-obbligi lejn persuni fiżiċi skont l-Artikolu 58;
|
|
(l)
|
iwettqu kwalunkwe kompitu ieħor biex jagħmlu possibbli -użu sekondarju tad-data elettronika dwar is-saħħa fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.
|
Il-katalgu nazzjonali tas-settijiet tad-data msemmi fil-punt (j)(i) ta’ dan il-paragrafu għandu jkun disponibbli wkoll għal punti uniċi ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2022/868;
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|