+Artikolu 58 1
|
Artikolu 58 1
1. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li taħthom id-data elettronika dwar is-saħħa ssir disponibbli għal użu sekondarju disponibbli għall-pubbliku, faċilment jinstabu permezz ta’ mezzi elettroniċi u aċċessibbli għal persuni fiżiċi. Dik l-informazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
|
(a)
|
il-bażi ġuridika li taħtha jingħata l-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa lill-utent tad-data dwar is-saħħa;
|
|
(b)
|
il-miżuri tekniċi u organizzattivi meħuda għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni fiżiċi;
|
|
(c)
|
id-drittijiet applikabbli tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-użu sekondarju tad-data;
|
|
(d)
|
l-arranġamenti għall-persuni fiżiċi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2016/679;
|
|
(e)
|
l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa;
|
|
(f)
|
min ikun ingħata aċċess għas-settijiet tad-data elettronika dwar is-saħħa u għal liema settijiet tad-data ngħataw l-aċċess u d-dettalji tal-permess tad-data rigward l-għanijiet għall-ipproċessar ta’ tali data tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 53(1);
|
|
(g)
|
ir-riżultati jew l-eżiti tal-proġetti li għalihom tkun intużat id-data elettronika dwar is-saħħa.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|