+Artikolu 64 2

Artikolu 64 2

2.   Il-multi amministrattivi għandhom, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, jiġu imposti flimkien mal-miżuri ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 63(3) u (4), jew minflokhom. Korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jiddeċiedu jekk għandiex tiġi imposta multa amministrattiva u l-ammont tal-multa amministrattiva, f’kull każ individwali billi jagħtu konsiderazzjoni dovuta lil dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b)

jekk ikunux diġà ġew imposti kwalunkwe penali amministrattivi jew multi minn awtoritajiet kompetenti oħra lill-istess parti li wettqet il-ksur għall-istess ksur;

(c)

il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(d)

kwalunkwe azzjoni meħuda mid-detentur tad-data dwar is-saħħa jew mill-utent tad-data dwar is-saħħa biex jittaffa d-dannu mġarrab;

(e)

il-grad ta’ responsabbiltà tal-utent tad-data dwar is-saħħa, filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minn dak l-utent tad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 67(2), il-punt (g), u l-Artikolu 67(4);

(f)

kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mid-detentur tad-data dwar is-saħħa jew mill-utent tad-data dwar is-saħħa;

(g)

il-grad ta’ kooperazzjoni tad-detentur tad-data dwar is-saħħa jew tal-utent tad-data dwar is-saħħa mal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, fir-rigward tar-rimedju tal-ksur u l-mitigazzjoni tal-effetti ħżiena possibbli tiegħu;

(h)

il-mod li bih il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa sar jaf bil-ksur,b’mod partikolari jekk, u sa fejn, l-utent tad-data dwar is-saħħa nnotifikah l-ksur;

(i)

il-konformità ma’ kwalunkwe miżuri ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 63(3) u (4), li jkunu ġew ordnati minn qabel kontra l-kontrollur jew il-proċessur ikkonċernat fir-rigward tal-istess suġġett;

(j)

kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ, bħal benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat, direttament jew indirettament, permezz tal-ksur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.