+Artikolu 64 Kundizzjonijiet ġenerali għall-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa
---+Artikolu 64 1
---+Artikolu 64 2
---+Artikolu 64 3
---+Artikolu 64 4
---+Artikolu 64 5
---+Artikolu 64 6
---+Artikolu 64 7
---+Artikolu 64 8
|
Artikolu 64 Kundizzjonijiet ġenerali għall-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 64 1
|
1. Kull korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jiżgura li l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi skont dan l-Artikolu fir-rigward ta’ ksur imsemmi fil-paragrafi 4 u 5 tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva f’kull każ individwali.
|
|
Artikolu 64 2
|
2. Il-multi amministrattivi għandhom, skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, jiġu imposti flimkien mal-miżuri ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 63(3) u (4), jew minflokhom. Korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jiddeċiedu jekk għandiex tiġi imposta multa amministrattiva u l-ammont tal-multa amministrattiva, f’kull każ individwali billi jagħtu konsiderazzjoni dovuta lil dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a)
|
in-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
|
|
(b)
|
jekk ikunux diġà ġew imposti kwalunkwe penali amministrattivi jew multi minn awtoritajiet kompetenti oħra lill-istess parti li wettqet il-ksur għall-istess ksur;
|
|
(c)
|
il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;
|
|
(d)
|
kwalunkwe azzjoni meħuda mid-detentur tad-data dwar is-saħħa jew mill-utent tad-data dwar is-saħħa biex jittaffa d-dannu mġarrab;
|
|
(e)
|
il-grad ta’ responsabbiltà tal-utent tad-data dwar is-saħħa, filwaqt li jitqiesu l-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati minn dak l-utent tad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 67(2), il-punt (g), u l-Artikolu 67(4);
|
|
(f)
|
kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti mid-detentur tad-data dwar is-saħħa jew mill-utent tad-data dwar is-saħħa;
|
|
(g)
|
il-grad ta’ kooperazzjoni tad-detentur tad-data dwar is-saħħa jew tal-utent tad-data dwar is-saħħa mal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, fir-rigward tar-rimedju tal-ksur u l-mitigazzjoni tal-effetti ħżiena possibbli tiegħu;
|
|
(h)
|
il-mod li bih il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa sar jaf bil-ksur,b’mod partikolari jekk, u sa fejn, l-utent tad-data dwar is-saħħa nnotifikah l-ksur;
|
|
(i)
|
il-konformità ma’ kwalunkwe miżuri ta’ infurzar imsemmija fl-Artikolu 63(3) u (4), li jkunu ġew ordnati minn qabel kontra l-kontrollur jew il-proċessur ikkonċernat fir-rigward tal-istess suġġett;
|
|
(j)
|
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ, bħal benefiċċji finanzjarji miksuba jew telf evitat, direttament jew indirettament, permezz tal-ksur.
|
|
|
Artikolu 64 3
|
3. Jekk detentur tad-data dwar is-saħħa jew utent tad-data dwar is-saħħa, intenzjonalment jew b’negliġenza, jikser diversi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għall-istess permessi tad-data dwar is-saħħa jew talba għad-data dwar is-saħħa li tkun konnessia l-ammont totali tal-multa amministrattiva ma għandux jaqbeż l-ammont speċifikat għall-ksur l-aktar serji.
|
|
Artikolu 64 4
|
4. F’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ksur tad-dmirijiet tad-detentur tad-data dwar is-saħħa jew tal-utent tad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 60 u l-Artikolu 61(1), (5) u (6) għandu jkun soġġett għal multi amministrattivi sa massimu ta’ EUR 10 000 000, jew, fil-każ ta’ impriża, sa massimu ta’ 2 % tal-fatturat annwali dinji totali tagħhabfis-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla.
|
|
Artikolu 64 5
|
5. F’konformità mal-paragrafu 2, il-ksur li ġej għandu, jkun soġġett għal multi amministrattivi sa massimu ta’ EUR 20 000 000, jew fil-każ ta’ impriża, sa massimu ta’ 4 % tal-fatturat annwali dinji totalitagħha fos-sena finanzjarja preċedenti, skont liema jkun l-ogħla:
|
(a)
|
l-utenti tad-data dwar is-saħħa li jipproċessaw data elettronika dwar is-saħħa miksuba permezz ta’ permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68 għall-użi msemmija fl-Artikolu 54;
|
|
(b)
|
l-utenti tad-data li jagħmlu estrazzjoni taddata elettronika personali dwar is-saħħa minn ambjenti tal-ipproċessar siguri.
|
|
(c)
|
l-identifikazzjoni mill-ġdid jew tentattiv ta’ identifikazzjoni mill-ġdid tal-persuni fiżiċi li għalihom tirrelata d-data elettronika dwar is-saħħa miksuba mill-utenti tad-data dwar is-saħħa abbażi tal-permess tad-data, talba għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 61(3);
|
|
(d)
|
in-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri ta’ infurzarli jittieħdu mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 63(3) u (4).
|
|
|
Artikolu 64 6
|
6. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 63, kull Stat Membru jista’ jistipula regoli dwar jekk u sa fejn multi amministrattivi jistgħu jiġu imposti fuq awtoritajiet pubbliċi u korpi tas-settur pubbliku stabbiliti f’dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 64 7
|
7. L-eżerċizzju minn korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa tas-setgħat tiegħu skont dan l-Artikolu għandu jkun soġġett għal salvagwardji proċedurali adatti f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inklużi rimedji ġudizzjarji u proċess dovut effettivi.
|
|
Artikolu 64 8
|
8. Fejn is-sistema legali ta’ Stat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’mod li, f’konformità mal-qafas legali nazzjonali tiegħu, ikun żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għal multi amministrattivi imposti minn korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet li jadotta skont dan il-paragrafu sas-26 ta’ Marzu 2029 u, mingħajr dewmien, ta’ kwalunkwe liġi sussegwenti li temenda tali dispożizzjonijiet jew emendi li jaffetwaw tali dispożizzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|