8. Fejn is-sistema legali ta’ Stat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’mod li, f’konformità mal-qafas legali nazzjonali tiegħu, ikun żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għal multi amministrattivi imposti minn korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet li jadotta skont dan il-paragrafu sas-26 ta’ Marzu 2029 u, mingħajr dewmien, ta’ kwalunkwe liġi sussegwenti li temenda tali dispożizzjonijiet jew emendi li jaffetwaw tali dispożizzjonijiet.