7. Is-servizz tal-Unjoni ta’ aċċess għad-data dwar is-saħħa msemmi fl-Artikolu 56 jista’ jiddeżinja detenturi tad-data dwar is-saħħa li huma istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafuil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu bħala detenturi tad-data dwar is-saħħa affidabbli. Meta jagħmel dan, il-paragrafu 2, it-tieliet u r-raba’ subparagrafi, u l-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.