+Artikolu 72 Proċedura simplifikata għall-aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa minn detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli
---+Artikolu 72 1
---+Artikolu 72 2
---+Artikolu 72 3
---+Artikolu 72 4
---+Artikolu 72 5
---+Artikolu 72 6
---+Artikolu 72 7

Artikolu 72 Proċedura simplifikata għall-aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa minn detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72 1

1.   Meta korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jirċievi applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 67 jew talba għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 69, li tkopri biss data elettronika dwar is-saħħa miżmuma minn detentur affidabbli tad-data dwar is-saħħa ddeżinjat f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura stipulata fil-paragrafi 4 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 72 2

2.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċedura li biha d-detenturi tad-data dwar is-saħħa jistgħu japplikaw biex jiġu ddeżinjati bħala detenturi affidabbli tad-data dwar is-saħħa, dment li d-detenturi tad-data dwar is-saħħa jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għad-data dwar is-saħħa permezz ta’ ambjent tal-ipproċessar sigur li jikkonforma mal-Artikolu 73;

(b)

għandhom l-għarfien espert meħtieġ biex jivvaluta l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa u t-talbiet għad-data dwar is-saħħa;

(c)

jipprovdu l-garanziji meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw detenturi i tad-data dwar is-saħħa affidabbli wara valutazzjoni tal-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet mill-korp rilevanti tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċedura biex jirrieżaminaw regolarment jekk id-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli għadux jissodisfa dawk il-kundizzjonijiet.

Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jindikaw id-detenturi i tad-data dwar is-saħħa affidabbli fil-katalgu tas-settijiet tad-data msemmi fl-Artikolu 77.

Artikolu 72 3

3.   L-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data u t-talbiet għad-data dwar is-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, li jista’ jgħaddihom lid-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli rilevanti.

Artikolu 72 4

4.   Wara li tirċievi applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew talba għad-data dwar is-saħħa skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, id-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli għandu jivvaluta l-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew it-talba għad-data dwar is-saħħa skont il-kriterji elenkati fl-Artikolu 68(1) u (2) jew l-Artikolu 69(2) u (3), kif applikabbli.

Artikolu 72 5

5.   Id-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli għandu jissottometti l-valutazzjoni li jwettaw skont il-paragrafu 4, akkumpanjata minn proposta għal deċiżjoni, lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa jew it-talba għal data dwar is-saħħa mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-valutazzjoni, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu joħroġ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew it-talba għad-data dwar is-saħħa. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa ma għandux ikun marbut bil-proposta sottomessa mid-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli.

Artikolu 72 6

6.   Wara d-deċiżjoni tal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa li joħroġ il-permess tad-data jew li japprova t-talba għad-data dwar is-saħħa, id-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli għandu jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 57(1), il-punti (a)(i) u (b).

Artikolu 72 7

7.   Is-servizz tal-Unjoni ta’ aċċess għad-data dwar is-saħħa msemmi fl-Artikolu 56 jista’ jiddeżinja detenturi tad-data dwar is-saħħa li huma istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafuil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu bħala detenturi tad-data dwar is-saħħa affidabbli. Meta jagħmel dan, il-paragrafu 2, it-tieliet u r-raba’ subparagrafi, u l-paragrafi 3 sa 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.