1. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom, permezz ta’ katalgu ta’ settijiet tad-data li jinqara mill-magni disponibbli għall-pubbliku u standardizzat, jipprovdi deskrizzjoni, fil-forma ta’ metadata tas-settijiet tad-data disponibbli u l-karatteristiċi tagħhom. Id-deskrizzjoni ta’ kull sett tad-data għandha tinkludi informazzjoni dwar is-sors, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-karatteristiċi ewlenin, u n-natura tad-data elettronika dwar is-saħħa fis-sett tad-data u l-kundizzjonijiet biex dik id-data ssir disponibbli.