1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jappoġġaw il-litteriżmu diġitali fis-saħħa u l-iżvillup ta’ kompetenzi u l-ħiliet rilevanti għall-pazjenti. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri f’dan ir-rigward. Il-kampanji jew il-programmi ta’ sensibilizzazzjoni għandu jkollhom l-għan, b’mod partikolari, li jinfurmaw lill-pazjenti u lill-pubbliku inġenerali dwar l-użu primarju u użu sekondarju fil-qafas tal-EHDS, inkluż id-drittijiet li jirriżultaw minnu, kif ukoll il-vantaġġi, ir-riskji u l-kisbiet potenzjali għax-xjenza u għas-soċjetà tal-użu primarju u użu sekondarju.