+Artikolu 3 Objettivi tal-programm
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3

Artikolu 3 Objettivi tal-programm

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Bħala objettiv ġenerali, il-Programm Euratom 2026-2027 għandu jwettaq riċerka fil-qasam nukleari u attivitajiet ta’ taħriġ, b’enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni, kif ukoll jikkomplementa l-ilħuq tal-objettivi ta’ Orizzont Ewropa fost l-oħrajn fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija.

Artikolu 3 2

2.   Il-Programm Euratom 2026-2027 għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

li jtejjeb u jappoġġa s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv u d-dekummissjonar, inkluż l-użu sikur u sigur tan-nukleari għall-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mir-radjazzjoni jonizzanti;

(b)

li jżomm u jiżviluppa aktar l-għarfien espert u l-kompetenza fil-qasam nukleari fil-Komunità;

(c)

li jrawwem l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni bħala sors tal-enerġija potenzjali għall-futur għall-produzzjoni tal-elettriku u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali Ewropew dwar il-fużjoni;

(d)

li jappoġġa l-politika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha dwar it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

Artikolu 3 3

3.   L-objettivi elenkati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Anness I. Jekk ikun ġustifikat kif xieraq, l-implimentazzjoni ta’ dawk l-objettivi tista’ tinkludi rispons għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.