2. L-assoċjazzjoni mal-Programm Euratom 2026-2027 ta’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi skont il-paragrafu 1, il-punt (c), għandha tkun f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Komunità jew tal-Unjoni, dment li l-ftehim:
|
(a)
|
ikun jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Komunità jew tal-Unjoni;
|
|
(b)
|
ikun jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Komunità jew tal-Unjoni, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;
|
|
(c)
|
ma jkunx jikkonferixxi setgħa deċiżjonali lill-pajjiż terz fir-rigward tal-Programm Euratom 2026-2027;
|
|
(d)
|
ikun jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tkun żgurata ġestjoni finanzjarja soda u li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
|
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.