+Artikolu 5 Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm Euratom 2026-2027
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm Euratom 2026-2027

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Il-Programm Euratom 2026-2027 għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew fi ftehimiet simili u f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi;

(b)

Il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew fi ftehimiet simili u f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi;

(c)

il-pajjiżi u t-territorji terzi li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

kapaċità tajba fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-innovazzjoni;

(ii)

impenn favur ekonomija b’suq miftuħ u msejsa fuq ir-regoli, inkluż tħaddim ġust u ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bl-appoġġ ta’ istituzzjonijiet demokratiċi;

(iii)

promozzjoni attiva ta’ politiki li jtejbu l-benesseri ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini.

Artikolu 5 2

2.   L-assoċjazzjoni mal-Programm Euratom 2026-2027 ta’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi skont il-paragrafu 1, il-punt (c), għandha tkun f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Komunità jew tal-Unjoni, dment li l-ftehim:

(a)

ikun jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Komunità jew tal-Unjoni;

(b)

ikun jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Komunità jew tal-Unjoni, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(c)

ma jkunx jikkonferixxi setgħa deċiżjonali lill-pajjiż terz fir-rigward tal-Programm Euratom 2026-2027;

(d)

ikun jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tkun żgurata ġestjoni finanzjarja soda u li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 5 3

3.   L-ambitu tal-assoċjazzjoni ta’ kull pajjiż terz fil-Programm Euratom 2026-2027 għandha tqis l-objettiv ta’ avvanz fit-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni permezz tal-innovazzjoni. Għalhekk, ħlief għall-pajjiżi aderenti, għall-pajjiżi kandidati u għall-kandidati potenzjali, xi partijiet tal-Programm Euratom 2026-2027 jistgħu jiġu esklużi minn ftehim ta’ assoċjazzjoni għal pajjiż speċifiku.

Artikolu 5 4

4.   Il-ftehim ta’ assoċjazzjoni għandu, meta xieraq, jipprevedi l-parteċipazzjoni reċiproka ta’ entitajiet ġuridiċi stabbiliti fl-Unjoni fi programmi ekwivalenti tal-pajjiżi assoċjati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk il-programmi.

Artikolu 5 5

5.   Meta xieraq, il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika ta’ kwalunkwe żbilanċ sinifikanti meta mqabbel mal-ammont li jirċievu l-entitajiet stabbiliti fil-pajjiż assoċjat bil-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom 2026-2027, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet għall-ġestjoni, għat-twettiq u għat-tħaddim tal-Programm Euratom 2026-2027.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.