2. Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, it-Titolu II dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/695 japplika għall-azzjonijiet appoġġati permezz tal-Programm Euratom 2026-2027. Ir-referenzi fir-Regolament (UE) 2021/695 għall-Unjoni u għal Orizzont Ewropa għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Komunità u għall-Programm Euratom 2026-2027, meta xieraq. Ir-referenzi fir-Regolament (UE) 2021/695 għal “regoli tas-sigurtà” għandhom jinftiehmu li jinkludu l-interessi tad-difiża tal-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat Euratom.