+Artikolu 9 Azzjonijiet eliġibbli u regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5

Artikolu 9 Azzjonijiet eliġibbli u regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Għall-finanzjament huma eliġibbli biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 9 2

2.   Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, it-Titolu II dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/695 japplika għall-azzjonijiet appoġġati permezz tal-Programm Euratom 2026-2027. Ir-referenzi fir-Regolament (UE) 2021/695 għall-Unjoni u għal Orizzont Ewropa għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Komunità u għall-Programm Euratom 2026-2027, meta xieraq. Ir-referenzi fir-Regolament (UE) 2021/695 għal “regoli tas-sigurtà” għandhom jinftiehmu li jinkludu l-interessi tad-difiża tal-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat Euratom.

Artikolu 9 3

3.   B’deroga mill-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) 2021/695, id-dritt ta’ oġġezzjoni għat-trasferimenti tas-sjieda tar-riżultati, jew għall-għotjiet ta’ liċenzja esklużiva fir-rigward tar-riżultati, jista’ jiġi estiż għall-għotjiet tal-liċenzji mhux esklużivi.

Artikolu 9 4

4.   B’deroga mill-Artikolu 41(9) tar-Regolament (UE) 2021/695, benefiċjarju li jkun irċieva finanzjament tal-Komunità għandu jagħti aċċess għar-riżultati tiegħu mingħajr royalties lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, lill-korpi tal-finanzjament jew lill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Enerġija mill-Fużjoni) stabbilita bid-Deċiżjoni 2007/198/Euratom (l-“Impriża Konġunta tal-Enerġija mill-Fużjoni”), għall-fini tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki u tal-programmi tal-Komunità jew l-obbligi skont il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn id-drittijiet ta’ aċċess għandhom jinkludu d-dritt li partijiet terzi jiġu awtorizzati jużaw ir-riżultati fl-akkwist pubbliku u d-dritt ta’ sottoliċenzjar. Id-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu limitati għall-użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv.

Artikolu 9 5

5.   Il-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695 għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta’ rkupru tas-somom dovuti mill-benefiċjarji lill-Kummissjoni jew lill-korpi tal-finanzjament skont dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.