4. B’deroga mill-Artikolu 41(9) tar-Regolament (UE) 2021/695, benefiċjarju li jkun irċieva finanzjament tal-Komunità għandu jagħti aċċess għar-riżultati tiegħu mingħajr royalties lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, lill-korpi tal-finanzjament jew lill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Enerġija mill-Fużjoni) stabbilita bid-Deċiżjoni 2007/198/Euratom (l-“Impriża Konġunta tal-Enerġija mill-Fużjoni”), għall-fini tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki u tal-programmi tal-Komunità jew l-obbligi skont il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawn id-drittijiet ta’ aċċess għandhom jinkludu d-dritt li partijiet terzi jiġu awtorizzati jużaw ir-riżultati fl-akkwist pubbliku u d-dritt ta’ sottoliċenzjar. Id-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu limitati għall-użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv.