4. L-azzjonijiet jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew mill-Fond Soċjali Ewropew Plus f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060 meta jkunu ngħataw it-tikketta ta’ Siġill ta’ Eċċellenza skont il-Programm Euratom 2026-2027 minħabba l-konformità mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a)
|
ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għall-proposti permezz tal-Programm Euratom 2026-2027;
|
|
(b)
|
ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti;
|
|
(c)
|
ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati minn dik is-sejħa għall-proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.
|