2. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin minn tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti magħżula bi proċess trasparenti għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Programm Euratom 2026-2027 u tal-Programm Euratom 2021-2025. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom u l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-Komunità tal-Programm Euratom 2026-2027.