+Artikolu 15 Awditjar
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6

Artikolu 15 Awditjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1

1.   Is-sistema ta’ kontroll għall-Programm Euratom 2026-2027 għandha tiżgura bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li tqis il-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħra tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-benefiċjarji. Ir-regoli tal-awditjar għandhom ikunu ċari, konsistenti u koerenti tul il-Programm Euratom 2026-2027 kollu.

Artikolu 15 2

2.   L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament konġunt mingħand programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, b’mod li jkunu koperti l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.

Artikolu 15 3

3.   Il-Kummissjoni jew il-korp tal-finanzjament rilevanti jistgħu jistrieħu fuq rieżamijiet ikkombinati tas-sistemi fil-livell tal-benefiċjarji. Dawk ir-rieżamijiet ikkombinati għandhom ikunu fakultattivi għal ċerti tipi ta’ benefiċjarji u għandhom jikkonsistu f’awditjar tas-sistemi u tal-proċessi li jkun ikkomplementat minn awditjar tat-tranżazzjonijiet. Dan l-awditjar tat-tranżazzjonijiet għandu jsir minn awditur indipendenti kompetenti li jkun ikkwalifikat biex iwettaq awditjar statutorju tad-dokumenti tal-kontabbiltà f’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). L-awditjar tas-sistema u tal-proċessi jista’ jintuża mill-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti biex jiddeterminaw l-assigurazzjoni ġenerali tal-ġestjoni finanzjarja soda tan-nefqa u biex jerġa’ jitqies il-livell tal-awditjar ex post u ċ-ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Artikolu 15 4

4.   F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jew il-korp tal-finanzjament jistgħu joqgħodu fuq awditjar dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet tal-Komunità li jkun twettaq minn persuni jew entitajiet oħra indipendenti u kompetenti, inkluż oħrajn li ma jkunux tqabbdu mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni.

Artikolu 15 5

5.   L-awditjar jista’ jsir sa sentejn wara l-ħlas tal-bilanċ.

Artikolu 15 6

6.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida tal-awditjar biex tiżgura applikazzjoni u interpretazzjoni affidabbli u uniformi tal-proċeduri u r-regoli tal-awditjar tul id-durata tal-Programm Euratom 2026-2027.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.