+Artikolu 16 Proċedura ta’ kumitat
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
---+Artikolu 16 3
---+Artikolu 16 4
---+Artikolu 16 5
---+Artikolu 16 6
|
Artikolu 16 Proċedura ta’ kumitat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
|
|
Artikolu 16 2
|
2. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ f’żewġ konfigurazzjonijiet differenti, li jittrattaw rispettivament l-aspetti relatati mal-fissjoni u l-aspetti relatati mal-fużjoni tal-Programm Euratom 2026-2027.
Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027, għal kull laqgħa tal-Kumitat kif definit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborża l-ispejjeż ta’ rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, u ta’ espert jew konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-punti fuq l-aġenda li għalihom Stat Membru ikun jeħtieġ għarfien espert speċifiku, f’konformità mal-linji gwida stabbiliti tal-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 16 3
|
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
|
|
Artikolu 16 4
|
4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
|
|
Artikolu 16 5
|
5. Meta l-opinjoni tal-Kumitat tkun trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta l-president tal-Kumitat jiddeċiedi hekk jew meta maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat titlob dan sal-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni.
|
|
Artikolu 16 6
|
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali tal-implimentazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027 u għandha tipprovdi informazzjoni fil-ħin lill-Kumitat dwar l-azzjonijiet kollha proposti jew iffinanzjati permezz tal-Programm Euratom 2026-2027.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|