2. Il-Kumitat għandu jiltaqa’ f’żewġ konfigurazzjonijiet differenti, li jittrattaw rispettivament l-aspetti relatati mal-fissjoni u l-aspetti relatati mal-fużjoni tal-Programm Euratom 2026-2027.
Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027, għal kull laqgħa tal-Kumitat kif definit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborża l-ispejjeż ta’ rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, u ta’ espert jew konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-punti fuq l-aġenda li għalihom Stat Membru ikun jeħtieġ għarfien espert speċifiku, f’konformità mal-linji gwida stabbiliti tal-Kummissjoni.