+Artikolu 17 Regoli u proċeduri tal-inadempjenza tal-parteċipant
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5

Artikolu 17 Regoli u proċeduri tal-inadempjenza tal-parteċipant

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabilixxi definizzjoni ta’ inadempjenza tal-parteċipant fir-regoli u l-proċeduri tas-SIPS, li għandha tinkludi, bħala minimu, in-nuqqas tal-parteċipant li jilħaq l-obbligi finanzjarji meta jkunu dovuti, bħala riżultat, inter alia, tar-raġunijiet operattivi, ksur tal-ftehim, jew il-bidu ta’ proċeduri ta’ insolvenza kontra dan il-parteċipant. Operatur ta’ SIPS għandu jiddistingwi bejn inadempjenza awtomatika u diskrezzjonali. Fil-każ ta’ inadempjenza diskrezzjonali, l-operatur ta’ SIPS għandu jispeċifika liema entità għandha teżerċita dik id-diskrezzjoni. Għandha tirrevedi din id-definizzjoni mill-inqas b’mod annwali.

Artikolu 17 2

2.   Operatur ta’ SIPS għandu jkollu regoli u proċeduri ta’ inadempjenza li jagħmluha possibbli li jilħaq l-obbligi tiegħu fil-każ ta’ inadempjenza tal-parteċipant, li jindirizzaw ir-riforniment tar-riżorsi wara inadempjenza. Ir-regoli u l-proċeduri għandhom jiddefinixxu, bħala minimu, dawn kollha li ġejjin:

(a)

l-azzjonijiet li operatur ta’ SIPS jista’ jieħu meta sseħħ inadempjenza;

(b)

jekk it-teħid ta’ dawn l-azzjonijiet hijiex awtomatika jew diskrezzjonali u l-mezzi li bihom dik id-diskrezzjoni hija eżerċitata;

(c)

tibdil potenzjali għall-prattiċi tas-saldu normali tal-operatur ta’ SIPS li jiżguraw saldu fil-ħin;

(d)

il-ġestjoni tal-ħlas fi stadji differenti tal-ipproċessar;

(e)

is-sekwenza probabbli tal-azzjonijiet;

(f)

ir-rwoli, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-partijiet rilevanti, inkluż il-parteċipanti li mhumiex inadempjenti;

(g)

mekkaniżmi oħra li jiġu attivati biex jillimitaw l-impatt ta’ inadempjenza.

Artikolu 17 3

3.   Operatur ta’ SIPS għandu jkun ippreparat li jimplimenta r-regoli u l-proċeduri tal-inadempjenza tiegħu, inkluż kwalunkwe proċeduri diskrezzjonali xierqa stabbiliti fir-regoli tiegħu. Operatur ta’ SIPS għandu jiżgura, inter alia, illi: (a) għandu l-kapaċità operazzjonali, inkluż persunal suffiċjenti u mħarreġ tajjeb, biex jimplimenta l-proċeduri stipulati fil-paragrafu 2 fil-ħin; u (b) ir-regoli u l-proċeduri ta’ SIPS jindirizzaw dokumentazzjoni, informazzjoni u bżonnijiet ta’ komunikazzjoni, u, meta iktar minn FMI wieħed jew awtorità waħda jkunu involuti, koordinazzjoni.

Artikolu 17 4

4.   Operatur ta’ SIPS għandu pubblikament jikxef l-aspetti ewlenin tar-regoli u l-proċeduri elenkati fil-paragrafu 2, inkluż, bħala minimu, dawn kollha li ġejjin:

(a)

iċ-ċirkostanzi li fihom għandha tittieħed azzjoni;

(b)

min għandu jieħu dawk l-azzjonijiet;

(c)

l-għan tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu;

(d)

il-mekkaniżmi li jindirizzaw l-obbligi ta’ operatur ta’ SIPS lejn parteċipanti li mhumiex inadempjenti.

Artikolu 17 5

5.   Operatur ta’ SIPS għandu jittestja u jirrevedi r-regoli u l-proċeduri ta’ SIPS stipulati fil-paragrafu 2 mill-inqas darba fis-sena jew wara xi tibdiliet materjali lis-SIPS li jaffettwaw dawk ir-regoli u l-proċeduri. Operatur ta’ SIPS għandu jinvolvi parteċipanti ta’ SIPS u partijiet interessati rilevanti f’dan l-ittestjar u r-reviżjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.