1. Fejn operatur ta’ SIPS ma jkunx ikkonforma ma’ dan ir-Regolament jew fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li operatur ta’ SIPS ma kkonformax ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista’ tibda proċedura biex timponi miżura korrettiva, f’liema każ, l-awtorità kompetenti għandha:
|
(a)
|
tagħti avviż bil-miktub lill-operatur ta’ SIPS dwar in-natura tan-nuqqas ta’ konformità jew nuqqas ta’ konformità ssuspettata; u
|
|
(b)
|
tipprovdi lill-operatur ta’ SIPS bl-opportunità li jinstema’ u jipprovdi spjegazzjonijiet.
|