+Artikolu 9 Akkreditazzjoni taċ-ċertifikaturi
---+Artikolu 9 (a)
---+Artikolu 9 (b)
---+Artikolu 9 (c)
---+Artikolu 9 (d)
---+Artikolu 9 (e)
---+Artikolu 9 (f)
---+Artikolu 9 (g)
---+Artikolu 9 (h)
|
Artikolu 9 Akkreditazzjoni taċ-ċertifikaturi
L-akkreditazzjoni taċ-ċertifikaturi msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (15)(a), għandha tinkludi evalwazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 (a)
|
iċ-ċertifikatur għandu jkun stabbilit skont il-liġi ta' Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika;
|
|
Artikolu 9 (b)
|
iċ-ċertifikatur għandu jkun parti terza indipendenti mill-operatur ekonomiku;
|
|
Artikolu 9 (c)
|
iċ-ċertifikatur, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista' tkun f'kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni;
|
|
Artikolu 9 (d)
|
iċ-ċertifikatur u l-persunal tiegħu għandhom jaħdmu b'mod mhux diskriminatorju u jwettqu l-attivitajiet tagħhom bl-ogħla grad ta' integrità professjonali u bil-kompetenza teknika meħtieġa, u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, inkluż dawk finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni li jkollhom interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet. Għandha tiġi garantita l-imparzjalità taċ-ċertifikaturi, tal-maniġment superjuri tagħhom u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni;
|
|
Artikolu 9 (e)
|
iċ-ċertifikatur għandu jkollu l-għarfien espert, it-tagħmir u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq il-valutazzjoni tal-konformità li jkun ġie akkreditat għaliha;
|
|
Artikolu 9 (f)
|
iċ-ċertifikatur għandu jkollu għadd suffiċjenti ta' membri tal-persunal kwalifikati u b'esperjenza xierqa responsabbli biex iwettqu l-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;
|
|
Artikolu 9 (g)
|
mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16(3), il-punt (b), il-persunal ta' ċertifikatur għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;
|
|
Artikolu 9 (h)
|
meta ċertifikatur jissottokuntratta kompiti speċifiċi konnessi maċ-ċertifikazzjoni jew jirrikorri għal impriża sussidjarja, għandu jieħu r-responsabbiltà sħiħa għall-kompiti mwettqa mis-sottokuntratturi jew is-sussidjarji, u għandu jivvaluta u jimmonitorja l-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarja u l-ħidma mwettqa minnhom. Huma biss il-kompiti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-akkreditazzjoni taċ-ċertifikatur li jistgħu jitwettqu minn sottokuntratturi jew sussidjarji. Iċ-ċertifikaturi għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sottokuntratturi jew tas-sussidjarji tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|