+Artikolu 13 Verifika tal-konformità u rapportar
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4

Artikolu 13 Verifika tal-konformità u rapportar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konformità tal-operaturi ekonomiċi, it-trasportaturi tal-UE u t-trasportaturi mhux tal-UE u r-rappreżentanti awtorizzati, l-ispedituri u l-operaturi, l-aġenti u l-kaptani tal-bastimenti tal-baħar mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, filwaqt li jqisu, fejn applikabbli, l-informazzjoni pprovduta fl-awtodikjarazzjonijiet ta' konformità msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) u miġbura miċ-ċertifikaturi u l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 7(1) skont l-eżenzjonijiet mogħtija f'konformità mal-Artikolu 8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet ambjentali, inkluż mingħajr avviż minn qabel, u miżuri oħrajn ta' verifika, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

Artikolu 13 2

2.   Sal-1 ta’ Jannar 2030, u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul it-tliet snin kalendarji konsekuttivi preċedenti. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-għadd ta' operaturi ekonomiċi skont id-daqs ta' intrapriża skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE u skont l-attività ekonomika, l-installazzjonijiet tagħhom, u l-għadd ta' trasportaturi tal-UE u ta' trasportaturi mhux tal-UE u l-mezzi tat-trasport użati minn dawk it-trasportaturi għat-trasport ta' pellets tal-plastik;

(b)

l-għadd ta' pjanijiet ta' ġestjoni tar-riskju u awtodikjarazzjonijiet notifikati skont l-Artikolu 5(1) u 5(2), rispettivament, l-għadd ta' ċertifikati nnotifikati skont l-Artikolu 6(6) u l-għadd ta' operaturi ekonomiċi li huma rreġistrati mal-EMAS jew li implimentaw EMS li tissodisfa l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 8(2);

(c)

l-għadd ta' permessi mogħtija li jissodisfaw il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 7; u

(d)

l-għadd u r-riżultati tal-ispezzjonijiet ambjentali u ta' miżuri oħrajn ta' verifika mwettqa skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll l-għadd ta' inċidenti u ta' aċċidenti rrapportati f'konformità mal-Artikolu 14(1) u l-miżuri meħuda f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 13 3

3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi format għar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 13 4

4.   Mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tar-rapportar imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, abbażi tad-data ppreżentata skont dak il-paragrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.