+Artikolu 25 Evalwazzjoni u rieżami
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
|
Artikolu 25 Evalwazzjoni u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. Sas-17 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jrid jilħaq. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas:
|
(a)
|
l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni rapportata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 13(2);
|
|
(c)
|
l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-operaturi ekonomiċi dwar il-kwantitajiet stmati kull sena ta' telf tal-pellets tal-plastik, kif irrapportat skont l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;
|
|
(d)
|
il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-mira ġenerali li jitnaqqas it-tniġġis mill-mikroplastik bi 30 % sal-2030;
|
|
(e)
|
valutazzjoni ta' jekk hemmx bżonn li jittieħdu aktar azzjonijiet fir-rigward ta' sorsi addizzjonali ta' rilaxxi mhux intenzjonati ta' mikroplastiċi bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li jitnaqqas it-tniġġis mill-mikroplastik;
|
|
(f)
|
id-data u s-sejbiet xjentifiċi l-aktar reċenti;
|
|
(g)
|
valutazzjoni tal-aktar data reċenti u sejbiet xjentifiċi dwar it-traċċabbiltà kimika tal-pellets tal-plastik u tar-rilevanza tal-introduzzjoni ta' firma kimika unika;
|
|
(h)
|
l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament ma' inizjattivi internazzjonali rilevanti li jindirizzaw it-telf tal-pellets tal-plastik, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasport marittimu;
|
|
(i)
|
valutazzjoni tal-impatt fuq l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-esklużjoni minn ċerti obbligi skont dan ir-Regolament ta' operaturi ekonomiċi li jimmaniġġaw pellets tal-plastik taħt ċerti limiti, u r-rilevanza li jiġi stabbilit limitu għat-trasportaturi;
|
|
(j)
|
valutazzjoni tal-effett li l-eżenzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 7 kellhom biex jinkiseb l-objettiv li jiġi evitat tixrid u telf;
|
|
(k)
|
valutazzjoni tal-konformità mit-trasportaturi, b'mod partikolari t-trasportaturi mhux tal-UE, mal-obbligi skont dan ir-Regolament;
|
|
(l)
|
valutazzjoni tal-effettività relattiva tal-mezzi differenti ta' għoti ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10.
|
|
|
Artikolu 25 2
|
2. Meta jkun xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 25 3
|
3. Fil-każ tal-adozzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) ta' miżuri għat-trasport sikur ta' pellets tal-plastik mill-bastimenti u għall-prevenzjoni tat-tniġġis marin ikkawżat minn pellets tal-plastik trasportati mill-bastimenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta dawk il-miżuri, inkluż il-ħtieġa li jiġi żgurat l-allinjament ma' dawk il-miżuri, u għandha, jekk ikun xieraq, tadotta proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|