1. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenziji għandhom jospitaw u jżommu data dwar sustanzi kimiċi ġġenerata bħala parti mil-liġi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali, minn programmi jew minn attivitajiet ta’ riċerka li jikkorrispondu għall-mandat tagħhom u għat-tip ta’ data li għandhom diġà. Barra minn hekk, l-Aġenziji jistgħu, f’konformità mal-mandat tagħhom, jospitaw u jżommu data dwar sustanzi kimiċi sottomessa lilhom mill-Istati Membri jew minn partijiet oħra, inklużi aġenziji nazzjonali, istituti ta’ riċerka u organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.