+Artikolu 5 Flussi tad-data għall-fini tal-pjattaforma komuni tad-data
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8
---+Artikolu 5 9
---+Artikolu 5 10
|
Artikolu 5 Flussi tad-data għall-fini tal-pjattaforma komuni tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenziji għandhom jospitaw u jżommu data dwar sustanzi kimiċi ġġenerata bħala parti mil-liġi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali, minn programmi jew minn attivitajiet ta’ riċerka li jikkorrispondu għall-mandat tagħhom u għat-tip ta’ data li għandhom diġà. Barra minn hekk, l-Aġenziji jistgħu, f’konformità mal-mandat tagħhom, jospitaw u jżommu data dwar sustanzi kimiċi sottomessa lilhom mill-Istati Membri jew minn partijiet oħra, inklużi aġenziji nazzjonali, istituti ta’ riċerka u organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Fejn il-Kummissjoni jew waħda mill-Aġenziji jkollha data jew informazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) jew (3), hija għandha tagħmel dik id-data disponibbli għall-ECHA, li għandha tinkorporha fil-pjattaforma komuni tad-data. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jipprovdu d-data jew l-informazzjoni lill-ECHA f’format standard, fejn disponibbli, flimkien mad-data ta’ kuntest rilevanti kif imsemmija fl-Artikolu 4(5), il-punt (c). Fejn dik id-data jew dik l-informazzjoni ma ssirx disponibbli għall-pubbliku skont l-att oriġinarju tal-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jindikaw dan.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. L-ECHA għandha tospita u żżomm id-data tal-okkorrenza relatata mal-monitoraġġ fuq il-post tax-xogħol, inkluża data dwar il-bijomonitoraġġ uman okkupazzjonali.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. L-EEA għandha tospita u żżomm data dwar il-bijomonitoraġġ uman, data tal-okkorrenza għall-ambjent u data tal-okkorrenza relatata mal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Mill-1 ta’ Jannar 2026, ir-riċerkaturi jew il-konsorzji ta’ riċerka ffinanzjati mill-programmi qafas tal-Unjoni jew mill-programmi nazzjonali għandhom jagħmlu d-datadwar il-bijomonitoraġġ uman kollha li jiġbru jew jiġġeneraw disponibbli għall-EEA. L-EEA għandha tospita dik id-data. Għal data dwar il-bijomonitoraġġ uman li tikkostitwixxi data personali, l-EEA għandha tispeċifika liema tip ta’ data għandu jkun magħmul disponibbli għaliha.
|
|
Artikolu 5 6
|
6. Mill-1 ta’ Jannar 2026, ir-riċerkaturi jew il-konsorzji ta’ riċerka ffinanzjati mill-programmi qafas tal-Unjoni għandhom jagħmlu id-data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali kollha li jiġbru jew jiġġeneraw disponibbli għall-ECHA. L-ECHA għandha tospita dik id-data.
|
|
Artikolu 5 7
|
7. Il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jipprovdu l-kooperazzjoni teknika meħtieġa lill-ECHA biex id-data dwar sustanzi kimiċi pprovduta f’konformità mal-paragrafu 2 tkun tista’ tiġi inkorporata fil-pjattaforma komuni tad-data u tiġi ppublikata permezz tagħha. L-ECHA għandha tipprovdi appoġġ lill-Awtoritajiet u lill-aġenziji nazzjonali biex tiġi faċilitata l-inkorporazzjoni tad-data dwar sustanzi kimiċi pprovduta f’konformità mal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 5 8
|
8. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jagħmlu d-data dwar sustanzi kimiċi li jkunu ġabru jew irċevew disponibbli għall-ECHA mingħajr dewmien ladarba jkunu għamlu l-valutazzjonijiet tal-validità u tal-kunfidenzjalità tad-data f’konformità mar-regoli applikabbli u ladarba jkunu inkorporaw is-sett tad-data korrispondenti fil-pjattaforma komuni tad-data.
|
|
Artikolu 5 9
|
9. L-Awtoritajiet u l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżguraw, meta jagħmlu d-data disponibbli għall-ECHA, li tali data tkun tista’ titniżżel, tinqara mill-magni u tkun interoperabbli. Huma għandhom jikkuraw u jivvalidaw id-data b’mod xieraq qabel ma jipprovduha lill-ECHA.
|
|
Artikolu 5 10
|
10. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(11), il-Kummissjoni u l-Aġenziji għandhom jaġixxu bħala kontrollur tad-data għal kwalunkwe data personali li jipprovdu lill-ECHA biex tiġi inkorporatafil-pjattaforma komuni tad-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|