+Artikolu 8 Repożitorju tal-valuri ta’ referenza
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6

Artikolu 8 Repożitorju tal-valuri ta’ referenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-ECHA għandha tistabbilixxi u tiġġestixxi repożitorju tal-valuri ta’ referenza bħala parti mill-pjattaforma komuni tad-data.

Artikolu 8 2

2.   Mingħajr dewmien, l-ECHA għandha tinkludi kwalunkwe valur ta’ referenza adottat skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I fir-repożitorju tal-valuri ta’ referenza.

Artikolu 8 3

3.   Għall-valuri ta’ referenza mhux adottati skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, l-Aġenziji li jkollhom jew li jistabbilixxu valuri ta’ referenza bħala parti mill-attivitajiet tagħhom skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti I, jew il-valuri ta’ referenza msemmija fl-Anness II għandhom jagħmlu dawk il-valuri ta’ referenza disponibbli għall-ECHA, mingħajr dewmien, fil-formati standard previsti fl-Artikolu 17, fejn disponibbli, u biex jiġu inkorporati fir-repożitorju tal-valuri ta’ referenza.

Artikolu 8 4

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, fejn il-valuri ta’ referenza jkunu inklużi f’dossier regolatorju ppreżentat lill-Aġenziji, l-Aġenziji għandhom jikkondividu dawk il-valuri ta’ referenza fil-formati standard mal-ECHA mingħajr dewmien ladarba jkunu tlestew il-valutazzjonijiet rilevanti tal-validità u tal-kunfidenzjalità mill-oriġinatur f’konformità mar-regoli applikabbli.

Artikolu 8 5

5.   Mingħajr dewmien, l-ECHA għandha tinkludi fir-repożitorju tal-valuri ta’ referenza kwalunkwe valur ta’ referenza li tqis rilevanti li jiġi ġġenerat bħala parti minn programmi tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali jew minn attivitajiet ta’ riċerka u magħmul disponibbli lill-ECHA fil-formati standard kif imsemmi fl-Artikolu 17, fejn tali format standard ikun żviluppat.

Artikolu 8 6

6.   L-ECHA għandha tiżgura li d-data li tinsab fir-repożitorju tal-valuri ta’ referenza tista’ tinqara mill-magni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.