3. Għall-valuri ta’ referenza mhux adottati skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, l-Aġenziji li jkollhom jew li jistabbilixxu valuri ta’ referenza bħala parti mill-attivitajiet tagħhom skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti I, jew il-valuri ta’ referenza msemmija fl-Anness II għandhom jagħmlu dawk il-valuri ta’ referenza disponibbli għall-ECHA, mingħajr dewmien, fil-formati standard previsti fl-Artikolu 17, fejn disponibbli, u biex jiġu inkorporati fir-repożitorju tal-valuri ta’ referenza.