2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament l-identità tas-sustanzi kimiċi kkonċernati, it-titolu u l-ambitu tal-istudju, il-laboratorju jew il-faċilità tal-ittestjar li twettaq l-istudju, id-dati tal-bidu maħsuba u tat-tlestija ppjanati, u, fejn ikun rilevanti, jekk l-istudju jkunx ikkummissjonat biex jikkonforma ma’ deċiżjoni tal-ECHA skont l-Artikoli 40, 41 jew 46 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Meta jiġi kkummissjonat studju, l-operaturi tan-negozju għandhom jinfurmaw lil-laboratorju jew lill-faċilità tal-ittestjar li fiha jitwettaq l-istudju li l-istudju huwiex soġġett għall-obbligu ta’ notifika skont dan l-Artikolu.