+Artikolu 26 Notifika tal-istudji
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
---+Artikolu 26 6
---+Artikolu 26 7
---+Artikolu 26 8
|
Artikolu 26 Notifika tal-istudji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. L-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr dewmien, kwalunkwe studju li jiġġenera data dwar sustanzi kimiċi u li huma jikkummissjonaw biex jappoġġaw applikazzjoni, notifika jew dossier regolatorju nnotifikat jew ippreżentat lil Awtorità, kif ukoll kwalunkwe studju dwar sustanzi kimiċi waħedhom jew fi prodotti li l-operaturi tan-negozju jikkummissjonaw bħala parti minn valutazzjoni tar-riskju jew tas-sikurezza skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 1, ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-operaturi tan-negozju ma għandhomx jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament studji li għandhom jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
|
|
Artikolu 26 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament l-identità tas-sustanzi kimiċi kkonċernati, it-titolu u l-ambitu tal-istudju, il-laboratorju jew il-faċilità tal-ittestjar li twettaq l-istudju, id-dati tal-bidu maħsuba u tat-tlestija ppjanati, u, fejn ikun rilevanti, jekk l-istudju jkunx ikkummissjonat biex jikkonforma ma’ deċiżjoni tal-ECHA skont l-Artikoli 40, 41 jew 46 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
Meta jiġi kkummissjonat studju, l-operaturi tan-negozju għandhom jinfurmaw lil-laboratorju jew lill-faċilità tal-ittestjar li fiha jitwettaq l-istudju li l-istudju huwiex soġġett għall-obbligu ta’ notifika skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 26 3
|
3. Il-laboratorji u l-faċilitajiet tal-ittestjar għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien,lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament kwalunkwe informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu relatata ma’ studji kkummissjonati mill-operaturi tan-negozju biex jappoġġjaw applikazzjoni, notifika jew dossier regolatorju notifikati jew ippreżentati lil Awtorità, kif ukoll kwalunkwe studju, dwar sustanzi kimiċi weħidhom jew fi prodotti, li huma jikkummissjonaw bħala parti minn valutazzjoni tar-riskju jew tas-sikurezza, skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 1, ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-laboratorji u l-faċilitajiet tal-ittestjar ma għandhomx jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament studji li għandhom jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.
|
|
Artikolu 26 4
|
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għal kull studju, il-laboratorji u l-faċilitajiet tal-ittestjar għandhom jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 l-identità tas-sustanzi kimiċi kkonċernati, it-titolu u l-ambitu tal-istudju, id-data maħsuba tal-bidu u tat-tlestija u l-isem tal-operatur tan-negozju li kkummissjona l-istudju.
|
|
Artikolu 26 5
|
5. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għal-laboratorji u l-faċilitajiet tal-ittestjar li jinsabu f’pajjiżi terzi, sa fejn stabbilit fi ftehimiet rilevanti ma’ dawk il-pajjiżi terzi.
|
|
Artikolu 26 6
|
6. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw mit-2 ta’ Novembru 2027.
|
|
Artikolu 26 7
|
7. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu eżenzjonijiet mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 għal studji mwettqa fl-interessi tad-difiża.
Fejn att legali tal-Unjoni elenkat fl-Anness I, il-Parti 1, jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jipprevedu eżenzjonijiet mill-obbligi ta’ dak l-att legali fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu eżenzjonijiet mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5.
|
|
Artikolu 26 8
|
8. L-ECHA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EFSA u f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|