1. Sabiex jiġi żgurat li l-Anness I jelenka l-atti legali rilevanti kollha tal-Unjoni li skonthom id-data dwar sustanzi kimiċi tiġi ġġenerata jew sottomessa lill-Aġenziji jew lill-Kummissjoni, u sabiex il-pjattaforma komuni tad-data tinżamm aġġornata, hekk kif jidħlu fis-seħħ atti legali ġodda tal-Unjoni li skonthom tiġi ġġenerata jew sottomessa data dwar sustanzi kimiċi, jew att legali eżistenti tal-Unjoni jiġi emendat biex jintroduċi dispożizzjonijiet dwar il-ġenerazzjoni jew is-sottomissjoni ta’ data, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness I billi żżid dawk l-atti legali tal-Unjoni f’dak l-Anness, fejn l-att legali tal-Unjoni kkonċernat ma jkunx emenda l-Anness I kif xieraq.