+Artikolu 27 Emenda għall-Annessi I, II, III u V
---+Artikolu 27 1
---+Artikolu 27 2
---+Artikolu 27 3
---+Artikolu 27 4
|
Artikolu 27 Emenda għall-Annessi I, II, III u V
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1
|
1. Sabiex jiġi żgurat li l-Anness I jelenka l-atti legali rilevanti kollha tal-Unjoni li skonthom id-data dwar sustanzi kimiċi tiġi ġġenerata jew sottomessa lill-Aġenziji jew lill-Kummissjoni, u sabiex il-pjattaforma komuni tad-data tinżamm aġġornata, hekk kif jidħlu fis-seħħ atti legali ġodda tal-Unjoni li skonthom tiġi ġġenerata jew sottomessa data dwar sustanzi kimiċi, jew att legali eżistenti tal-Unjoni jiġi emendat biex jintroduċi dispożizzjonijiet dwar il-ġenerazzjoni jew is-sottomissjoni ta’ data, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness I billi żżid dawk l-atti legali tal-Unjoni f’dak l-Anness, fejn l-att legali tal-Unjoni kkonċernat ma jkunx emenda l-Anness I kif xieraq.
|
|
Artikolu 27 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness II ta’ dan ir-Regolament billi żżid valuri ta’ referenza ġodda derivati skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-prodotti mediċinali, filwaqt li tqis l-avvanzi fid-diġitalizzazzjoni u fl-interoperabbiltà kif ukoll ir-rilevanza tal-valuri għal oqsma oħra ta’ politika u regolatorji dwar is-sustanzi kimiċi.
|
|
Artikolu 27 3
|
3. Sabiex jiġi żgurat li l-Anness III jelenka l-atti legali kollha tal-Unjoni li skonthom jitwettqu l-proċessi regolatorji dwar is-sustanzi kimiċi jew il-gruppi ta’ sustanzi kimiċi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, mill-ECHA, mill-EEA, mill-EFSA, minn EU-OSHA jew mill-Kummissjoni, u sabiex il-pjattaforma komuni tad-data tinżamm aġġornata, hekk kif jidħlu fis-seħħ atti legali ġodda tal-Unjoni li skonthom jiġu stabbiliti proċessi regolatorji ġodda jew jiġi emendat att legali eżistenti tal-Unjoni biex jiġu stabbiliti proċessi regolatorji ġodda, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness III billi żżid dawk l-atti legali tal-Unjoni f’dak l-Anness, meta l-att legalital-Unjoni kkonċernat ma jkunx emenda l-Anness III kif xieraq.
|
|
Artikolu 27 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28, fejn meħtieġ biex iżżomm l-Anness V komplut kemm jista’ jkun, u biex iżżomm il-pjattaforma komuni tad-data aġġornata, biex temenda l-Anness V billi żżid:
|
(a)
|
kwalunkwe att legali ġdid tal-Unjoni li skontu tiġi ġġenerata jew sottomessa data dwar sustanzi kimiċi f’oġġetti jew fi prodotti, hekk kif jidħol fis-seħħ, sakemm ma jkunx fih dispożizzjoni li żżid dak l-att mal-Anness V;
|
|
(b)
|
kwalunkwe att legali eżistenti tal-Unjoni elenkat fl-Anness I li huwa emendat b’tali mod li d-data dwar is-sustanzi kimiċi f’oġġetti jew fi prodotti tiġi ġġenerata jew sottomessa skontu, hekk kif l-att emendatorju rispettiv jidħol fis-seħħ, sakemm l-att emendatorju ma jkunx fih dispożizzjoni li żżid dak l-att mal-Anness V; jew
|
|
(c)
|
kwalunkwe att legali eżistenti tal-Unjoni elenkat fl-Anness I li għalih ikun sar evidenti minn verifika ulterjuri li d-data dwar is-sustanzi kimiċi f’oġġetti jew fi prodotti tiġi ġġenerata jew sottomessa skontu.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|