+Artikolu 7 Ittestjar fuq l-annimali
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
---+Artikolu 7 5
---+Artikolu 7 6

Artikolu 7 Ittestjar fuq l-annimali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Il-konformità tad-deterġenti u tal-aġenti tensjoattivi ma' dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita bl-użu ta' metodi ta' ttestjar validati fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell internazzjonali li ma jinvolvux l-annimali.

Artikolu 7 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(1), l-introduzzjoni fis-suq ta' deterġenti u ta' aġenti tensjoattivi li għalihom il-formulazzjoni finali jew l-ingredjenti jew it-taħlitiet tal-ingredjenti kienu l-objettiv tal-ittestjar fuq l-annimali bil-ħsieb li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandha tkun projbita.

Artikolu 7 3

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu applikabbli mingħajr preġudizzju għal-liġi rilevanti tal-Unjoni u ma għandhomx jipprevjenu l-użu ta' data miksuba qabel it-22 ta’ Marzu 2026.

Artikolu 7 4

4.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jinqala' tħassib fir-rigward tas-sikurezza ta' ingredjent f'deterġent jew f'aġent tensjoattiv, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni li tagħti deroga mill-paragrafi 1 u 2, fuq inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta' talba motivata minn operatur ekonomiku jew minn Stat Membru.

Artikolu 7 5

5.   Meta l-Kummissjoni taġixxi abbażi ta' talba motivata minn operatur ekonomiku jew Stat Membru, kif imsemmi fil-paragrafu 4, dik it-talba għandha tinkludi evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u tindika l-miżuri meħtieġa. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta liċ-Ċentru Ewropew għall-Validazzjoni ta' Metodi Alternattivi (ECVAM).

Artikolu 7 6

6.   Deċiżjoni li tagħti deroga, kif imsemmi fil-paragrafu 4, għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet assoċjati ma' dik id-deroga f'termini ta' għanijiet speċifiċi, it-tul taż-żmien u r-rappurtar tar-riżultati. Deroga għandha tingħata biss meta:

(a)

l-ingredjent ikun jintuża b'mod mifrux u ma jistax jiġi mibdul b'ingredjent ieħor li jkun kapaċi jwettaq funzjoni simili; u

(b)

il-problema għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent tkun issostanzjata u l-ħtieġa li jitwettaq ittestjar fuq l-annimali tkun ġustifikata u tkun appoġġata bi protokoll iddettaljat ta' riċerka propost bħala bażi għall-evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha li tagħti deroga lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.