10. Il-manifatturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f'format elettroniku u, fuq talba, f'format stampat, meħtieġa biex juru l-konformità ma' dan ir-Regolament ta’ deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċu fis-suq, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Il-manifatturi għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv.