+Artikolu 9 Rappreżentant awtorizzat
---+Artikolu 9 1
---+Artikolu 9 2
---+Artikolu 9 3
---+Artikolu 9 4
---+Artikolu 9 5

Artikolu 9 Rappreżentant awtorizzat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1

1.   Il-manifatturi jistgħu, b'mandat bil-miktub, jaħtru rappreżentant awtorizzat. Dak il-mandat għandu jkun validu biss meta jiġi aċċettat bil-miktub mir-rappreżentant awtorizzat. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi kopja tal-mandat lill-awtorità kompetenti, fuq talba.

Artikolu 9 2

2.   Il-manifatturi stabbiliti barra mill-Unjoni, li jintroduċu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq tal-Unjoni, għandhom jaħtru rappreżentant awtorizzat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 9 3

3.   Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat imsemmi fil-paragrafu 1.

Il-mandat għandu jirrikjedi lir-rappreżentant awtorizzat biex tal-anqas jagħmel dan li ġej:

(a)

jivverifika li, f’konformita’ mal-Artikolu 8(2), il-passaport diġitali tal-prodott ikun inħoloq , l-informazzjoni rilevanti dwar il-passaport diġitali tal-prodott tkun ġiet inkluża fir-reġistru, id-dokumentazzjoni teknika tkun tfasslet u l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet;

(b)

iżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, u l-passaport diġitali tal-prodott disponibbli, għal 10 snin mid-data li fiha d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv kopert minn dawk id-dokumenti jkun ġie introdott fis-suq;

(c)

fuq talba motivata ta' awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, f'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità;

(d)

meta jkollu raġuni biex jemmen li deterġent jew aġent tensjoattiv kopert mill-mandat joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jinforma b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(e)

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġent jew aġent tensjoattiv kopert mill-mandat; u

(f)

jittermina l-mandat u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tali terminazzjoni jekk il-manifattur ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.

Artikolu 9 4

4.   Minbarra l-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-mandat tar-rappreżentant awtorizzat maħtur f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jirrikjedi li dak ir-rappreżentant awtorizzat jagħmel dan li ġej fir-rigward ta' deterġenti u aġenti tensjoattivi koperti minn dak il-mandat:

(a)

jipprovdi u, fejn meħtieġ, jaġġorna l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti f’konformità mal-Artikolu 8(6);

(b)

iżomm l-informazzjoni li tinsab fl-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti kunfidenzjali;

(c)

jivverifika li d-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikolu 17(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(1) u (2) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 19(3); u

(d)

jagħmel l-almu tiegħu biex jivverifika li d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur f'konformità mal-Artikolu 8(7) turi l-konformità tal-prodotti ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 9 5

5.   L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u l-obbligu li titfassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(2) ma għandhomx jiffurmaw parti mill-mandat tar-rappreżentant awtorizzat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.