+Artikolu 9 3
|
Artikolu 9 3
3. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat imsemmi fil-paragrafu 1.
Il-mandat għandu jirrikjedi lir-rappreżentant awtorizzat biex tal-anqas jagħmel dan li ġej:
|
(a)
|
jivverifika li, f’konformita’ mal-Artikolu 8(2), il-passaport diġitali tal-prodott ikun inħoloq , l-informazzjoni rilevanti dwar il-passaport diġitali tal-prodott tkun ġiet inkluża fir-reġistru, id-dokumentazzjoni teknika tkun tfasslet u l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità tkun twettqet;
|
|
(b)
|
iżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, u l-passaport diġitali tal-prodott disponibbli, għal 10 snin mid-data li fiha d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv kopert minn dawk id-dokumenti jkun ġie introdott fis-suq;
|
|
(c)
|
fuq talba motivata ta' awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ma' dan ir-Regolament tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv, f'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità;
|
|
(d)
|
meta jkollu raġuni biex jemmen li deterġent jew aġent tensjoattiv kopert mill-mandat joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, jinforma b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
|
|
(e)
|
jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġent jew aġent tensjoattiv kopert mill-mandat; u
|
|
(f)
|
jittermina l-mandat u jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'tali terminazzjoni jekk il-manifattur ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|