+Artikolu 22 Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport diġitali tal-prodott
---+Artikolu 22 (a)
---+Artikolu 22 (b)
---+Artikolu 22 (c)
---+Artikolu 22 (d)
---+Artikolu 22 (e)
---+Artikolu 22 (f)
---+Artikolu 22 (g)
---+Artikolu 22 (h)
---+Artikolu 22 (i)
---+Artikolu 22 (j)
|
Artikolu 22 Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport diġitali tal-prodott
Id-disinn tekniku u t-tħaddim tal-passaport diġitali tal-prodott għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 (a)
|
il-passaport diġitali tal-prodott huwa interoperabbli għalkollox ma' passaporti diġitali tal-prodotti oħra meħtieġa minn liġi oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-aspetti tekniċi, semantiċi u organizzattivi tal-komunikazzjoni minn tarf sa tarf u tat-trasferiment tad-data;
|
|
Artikolu 22 (b)
|
id-data kollha inkluża fil-passaport diġitali tal-prodott hija bbażata fuq standards miftuħa, żviluppati b'format interoperabbli, u, fejn ikun xieraq, tista' tinqara minn magna, tkun strutturata, tista' titfittex u tkun trasferibbli permezz ta' network ta' skambju ta' data miftuħ u interoperabbli mingħajr intrappolament tal-klijentela;
|
|
Artikolu 22 (c)
|
il-konsumaturi jew utenti finali oħra, l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-awtoritajiet doganali, il-Kummissjoni u atturi rilevanti oħra għandhom aċċess bla ħlas għall-passaport diġitali tal-prodott abbażi tad-drittijiet ta' aċċess rispettivi tagħhom f'konformità mal-liġi tal-Unjoni;
|
|
Artikolu 22 (d)
|
il-konsumaturi u utenti finali oħra mhumiex meħtieġa jirreġistraw jew jipprovdu password biex jaċċessaw il-passaport diġitali tal-prodott;
|
|
Artikolu 22 (e)
|
il-passaport diġitali tal-prodott jinħażen mill-operatur ekonomiku responsabbli għall-ħolqien tiegħu jew mill-fornituri tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott;
|
|
Artikolu 22 (f)
|
meta jinħoloq passaport diġitali tal-prodott ġdid għal deterġent jew aġent tensjoattiv għall-utent finali li diġà jkollu passaport diġitali tal-prodott wieħed jew aktar, il-passaport diġitali tal-prodott ġdid ikun marbut ma' dawk il-passaporti diġitali tal-prodotti oriġinali;
|
|
Artikolu 22 (g)
|
meta l-passaport diġitali tal-prodott jinħażen skont il-punt (e) ta' dan l-Artikolu jew inkella jiġi pproċessat minn fornituri tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott skont l-Artikolu 21(12), il-punt (c), dawk il-fornituri tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott ma jbigħux, jużaw mill-ġdid jew jipproċessaw tali data, kompletament jew parzjalment, lil hinn minn dak meħtieġ għall-forniment tas-servizzi rilevanti tal-ħżin jew tal-ipproċessar, sakemm mhux bi qbil speċifiku mal-operatur ekonomiku li jintroduċi d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utent finali fis-suq;
|
|
Artikolu 22 (h)
|
l-operaturi ekonomiċi ma jittraċċaw, ma janalizzaw jew ma jużaw l-ebda informazzjoni dwar l-użu għajr kif assolutament meħtieġ għall-finijiet tal-għoti tal-informazzjoni dwar il-passaport diġitali tal-prodott online; b'mod partikolari, id-data personali relatata mal-konsumatur jew ma' utent finali ieħor tad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utent finali ma tkunx maħżuna fil-passaport diġitali tal-prodott mingħajr il-kunsens espliċitu tagħha mogħti f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22);
|
|
Artikolu 22 (i)
|
l-awtentikazzjoni, l-affidabbiltà u l-integrità tad-data huma żgurati;
|
|
Artikolu 22 (j)
|
il-passaporti diġitali tal-prodotti jitfasslu u jitħaddmu b'tali mod li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà u ta' privatezza u tiġi evitata l-frodi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|