+Artikolu 23 Mezzi ta' data u identifikaturi uniċi
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5
|
Artikolu 23 Mezzi ta' data u identifikaturi uniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. Il-mezz ta' data, l-identifikaturi uniċi tal-prodott u l-identifikaturi uniċi tal-operatur meħtieġa skont dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-istandards applikabbli għall-mezzi ta' data, għall-identifikaturi uniċi tal-prodott u għall-identifikaturi uniċi tal-operatur skont ir-Regolament (UE) 2024/1781.
|
|
Artikolu 23 2
|
2. Meta identifikatur uniku tal-operatur ikun għadu mhux disponibbli, l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandu japplika għall-operaturi ekonomiċi li joħolqu jew jaġġornaw passaport diġitali tal-prodott skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe regola u proċedura għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta' identifikaturi uniċi u mezzi ta' data stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta' identifikaturi uniċi u mezzi ta' data skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Meta deterġent jew aġent tensjoattiv ikun soġġett għal obbligu li jiġi previst passaport diġitali tal-prodott skont att delegat adottat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/1781 jew skont liġi oħra tal-Unjoni, l-identifikatur uniku tal-prodott, l-identifikatur uniku tal-operatur u l-identifikatur uniku tar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu, ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu l-istess.
|
|
Artikolu 23 4
|
4. Kwalunkwe proċedura għall-ħruġ u l-verifika tal-kredenzjali diġitali tal-operaturi ekonomiċi u ta' atturi rilevanti oħra li għandhom drittijiet ta' aċċess għad-data inkluża fil-passaport diġitali tal-prodott, u li huma stabbiliti mill-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 11, ir-raba' subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1781, għandha tkun applikabbli wkoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 23 5
|
5. Kwalunkwe rekwiżit li l-fornituri tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott għandu jkunu konformi miegħu biex isiru tali fornituri, u, fejn xieraq, sabiex jipprovdu tali servizzi, stabbiliti f'atti delegati adottati skont l-Artikolu 11, it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|