2. Meta identifikatur uniku tal-operatur ikun għadu mhux disponibbli, l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandu japplika għall-operaturi ekonomiċi li joħolqu jew jaġġornaw passaport diġitali tal-prodott skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe regola u proċedura għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta' identifikaturi uniċi u mezzi ta' data stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2024/1781 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta' identifikaturi uniċi u mezzi ta' data skont dan ir-Regolament.