+Artikolu 26 Proċedura fil-livell nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq tad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi
---+Artikolu 26 1
---+Artikolu 26 2
---+Artikolu 26 3
---+Artikolu 26 4
---+Artikolu 26 5
---+Artikolu 26 6
---+Artikolu 26 7
---+Artikolu 26 8
---+Artikolu 26 9
---+Artikolu 26 10
|
Artikolu 26 Proċedura fil-livell nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq tad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1
|
1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jistgħu jwettqu evalwazzjoni fir-rigward ta' deterġent jew aġent tensjoattiv, li tkopri r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta jkun hemm raġuni biex wieħed jemmen li deterġent jew aġent tensjoattiv joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dik l-evalwazzjoni. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 26 2
|
2. Meta jwettqu t-testijiet għall-fini tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jużaw il-metodi ta' referenza li jinsabu fl-Annessi, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 26 3
|
3. Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, għandhom jitolbu, mingħajr dewmien, li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjoni korrettiva xierqa kollha biex id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv jinġieb konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, jiġi rtirat mis-suq, jew jissejjaħ lura f'perjodu raġonevoli stabbilit mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li jkun proporzjonat man-natura tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 26 4
|
4. Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq tqis li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju nazzjonali tagħha, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjoni korrettiva li tkun talbet lill-operatur ekonomiku jieħu.
|
|
Artikolu 26 5
|
5. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tad-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi kkonċernati kollha li jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 26 6
|
6. Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux azzjoni korrettiva fil-perjodu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid tad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtirawh minn dak is-suq jew biex isejħuh lura.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe miżura li jieħdu skont l-ewwel subparagrafu. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, partikolarment id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv li mhux konformi, l-oriġini ta’ dak id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti.
|
|
Artikolu 26 7
|
7. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri għajr l-Istat Membru li jibda l-proċedura skont dan l-Artikolu għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe miżura adottata u bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom relatata man-nuqqas ta' konformità tad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikkonċernat u, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil ma' dawk il-miżuri, bl-oġġezzjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 26 8
|
8. Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq u lanqas mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata.
|
|
Artikolu 26 9
|
9. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li jittieħdu mingħajr dewmien miżuri restrittivi proviżorji xierqa, bħall-irtirar mis-suq tad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv, fir-rigward tad-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikkonċernat.
|
|
Artikolu 26 10
|
10. Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 6, 7 u 8 ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom idaħħlu l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|