4. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tidħol f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżuri nazzjonali meħuda. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina jekk il-miżuri nazzjonali humiex ġustifikati u, meta jkun meħtieġ, tipproponi miżuri xierqa. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.