+Artikolu 34 Rapporti u rieżami
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
|
Artikolu 34 Rapporti u rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. Sat-23 ta’ Marzu 2033, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni ta' kif dan ir-Regolament qed jilħaq l-objettivi tiegħu, inkluż l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
fir-rigward tad-deterġenti li fihom mikroorganiżmi, l-adegwatezza tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II biex tiġi żgurata s-sikurezza ta' dawk il-prodotti għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;
|
|
(b)
|
fir-rigward tal-bijodegradabbiltà, valutazzjoni tal-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta' kriterji ta' bijodegradabbiltà għal sustanzi organiċi miżjuda intenzjonalment fid-deterġenti f'konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 10 % w/w tal-massa totali ta' sustanzi, eskluż l-ilma, għajr l-aġenti tensjoattivi, ir-riti u l-polimeri fir-riti, inkluż bil-ħsieb li tiġi eżaminata l-fattibbiltà li l-limitu ta' 10 % jiġi rivedut 'l isfel;
|
|
(c)
|
fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mis-sustanzi l-aktar dannużi, valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu inklużi dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament dwar il-preżenza ta' dawk is-sustanzi fid-deterġenti u fl-aġenti tensjoattivi, filwaqt li titqies l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament ma' liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni;
|
|
(d)
|
fir-rigward ta' deterġenti li fihom sustanzi attivi bijoċidali, minbarra dawk elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu introdotti regoli aktar stretti;
|
|
(e)
|
fir-rigward tad-deterġenti li fihom il-fosfati u komposti oħra tal-fosfru, il-possibbiltà li jiġi limitat aktar il-kontenut tal-fosforu jew li jiżdiedu l-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosforu fuq kategoriji oħra ta' prodotti fl-Anness III, bil-ħsieb li tiġi eżaminata l-fattibbiltà tat-tneħħija gradwali tal-fosfru, filwaqt li jitqies l-impatt fuq l-ambjent, id-disponibbiltà ta' alternattivi u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni;
|
|
(f)
|
il-ħtieġa li jiġu introdotti regoli addizzjonali dwar it-tikkettar tad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur mibjugħa fi fliexken bl-għotjien, fejn tali għotjien huma maħsuba biex jintużaw bħala tazzi tal-kejl, filwaqt li jitqiesu kemm il-fattibbiltà kif ukoll il-potenzjal li jittejjeb l-użu korrett u sikur tad-deterġenti; u
|
|
(g)
|
il-ħtieġa, il-fattibbiltà, il-konsegwenzi tekniċi u l-benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem, il-klima u l-ambjent tal-introduzzjoni ta' miri obbligatorji għall-materja prima rinnovabbli u l-kontenut riċiklat fid-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi, filwaqt li jitqiesu l-impatt soċjoekonomiku, il-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni, l-akkwist sostenibbli u l-użu ta' materja prima rinnovabbli, il-potenzjal ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-potenzjal għall-użu tal-iskart tal-ikel fid-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi.
|
Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun akkumpanjat, fejn adatt, minn proposta leġiżlattiva.
|
|
Artikolu 34 2
|
2. Sat-23 ta’ Marzu 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li jkomplu jitnaqqsu l-valuri ta' limitu eżistenti għall-fosforu u komposti tal-fosforu għad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur u għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u li jiġu stabbiliti valuri limitu għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin għall-konsumatur, għad-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn għall-konsumatur, għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali u għad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi industrijali u istituzzjonali. Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-impatt fuq l-ambjent, id-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa b'inqas fosforu jew mingħajru u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva għall-emenda tal-Anness III.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|