2. Sat-23 ta’ Marzu 2028, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li jkomplu jitnaqqsu l-valuri ta' limitu eżistenti għall-fosforu u komposti tal-fosforu għad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur u għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u li jiġu stabbiliti valuri limitu għall-prodotti tat-tindif għal uċuħ ebsin għall-konsumatur, għad-deterġenti tal-ħasil tal-platti bl-idejn għall-konsumatur, għad-deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali u għad-deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi industrijali u istituzzjonali. Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-impatt fuq l-ambjent, id-disponibbiltà ta' alternattivi xierqa b'inqas fosforu jew mingħajru u l-impatt soċjoekonomiku tas-sostituzzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva għall-emenda tal-Anness III.